All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
Biex tindika l-pjanijiet tiegħek għall-ħames snin li ġejjin ħejjejna l-Programm Pluriennali ta' Ħidma tagħna. Dan il-programm huwa msejjes fuq il-ħtiġijiet ta' informazzjoni tal-lum u ta' għada, b'enfasi ġenerali fuq użu usa' ta’ l-informazzjoni ambjentali li qed tinġabar. Dan il-programm huwa kkumplimentat u enumerat mill-Programmi annwali ta' ħidma u l-Qafas ta' Komunikazzjoni. Fir-Rapporti annwali tagħna niddeskrivu x-xogħol li sar fis-snin rispettivi.
Il-Bord ta' Tmexxija tal-EEA jikkonsisti f'rappreżentant minn kull pajjiż membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ personalitajiet xjentifiċi innominati mill-Parlament Ewropew. Fost il-kompiti tiegħu, il-Bord ta' Tmexxija jadotta l-programm ta' ħidma multi-annwali, il-programmi ta' ħidma annwali u r-rapporti annwali, japponta d-Direttur Eżekuttiv u jinnomina l-membri tal-kumitat xjentifiku.
Il-Bureau huwa kompost mill-President, sa ħames viċi-presidenti, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u wieħed mill-membri nnominati mill-Parlament Ewropew. Il-Bureau huwa ntitolat jieħu deċiżjonijiet eżekuttivi, neċessarji għall-operazzjoni effettiva tal-Aġenzija bejn il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija.
Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli lejn il-bord tat-tmexxija għall-implimentazzjoni tal-programmi u għat-tmexxija ta' kuljum tal-EEA.
Hans Bruyninckx huwa d-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u nħatar fl-1 ta' Ġunju 2013. Twieled f'Schoten, il-Belġju fl-1964. Dr Bruyninckx studja l-ewwel lawrja u l-Masters fix-xjenza politika u speċjalizza fir-relazzjonijiet internazzjonali fl-Università ta' Antwerp u l-Università Kattolika ta' Louvain. Għamel ukoll programm addizzjonali fl-istudji ta’ l-iżvilupp fl-Università Kattolika ta' Louvain.
It-Tim Superjuri ta' Amministrazzjoni jikkonsisti mid-Direttur Eżekuttiv, Konsulent Anzjan u Kapijiet tal-Programm u jiltaqa' regolarment biex jamministra l-attivitajiet ta' kuljum ta’ l-EEA.
Il-membri kollha tal-persunal tal-aġenzija jridu jirrispettaw il-"il-Kodiċi ta’ l-Imġiba Amministrattiva Tajba ” fir-relazzjoni tagħhom mal-pubbliku. Dan huwa kkumplimentat b'Politika għall-amministrazzjoni u l-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess u Strateġija ta' kontra l-frodi.
Il-Kumitat Xjentifiku jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv. Dan għandu tliet kompiti ewlenin:
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/about-us/who/governance/intro or scan the QR code.
PDF generated on 24 Nov 2024, 01:13 AM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn