li jmiss
preċedenti
punti

HelpCenter FAQ

L-istrateġija tal-Ewropa “Mill-Għalqa sal-Platt” kif tista’ tgħin biex tinkiseb sistema tal-ikel li tirrispetta l-ambjent?

HelpCenter FAQ

Is-sistemi tal-ikel fl-Ewropa u madwar id-dinja bħalissa mhumiex sostenibbli. Globalment, dawn jammontaw għal kważi terz tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jixprunaw it-telf tal-bijodiversità u l-impatti ta’ ħsara fuq is-saħħa, u jonqsu milli jiżguraw redditi ekonomiċi u għajxien ġusti għall-atturi kollha.

Bl-istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, l-UE stabbiliet qafas ta’ politika strateġiku għas-sistema tal-ikel kollha kemm hi. Din l-istrateġija għandha l-għan li tnaqqas l-użu tal-pestiċidi, tindirizza n-nutrijenti żejda u r-reżistenza għall-antimikrobiċi, u tagħti spinta lill-biedja organika fl-UE. Din għandha l-għan li toħloq sistema tal-ikel b’saħħitha, li ttaffi l-impatti tal-agrikoltura fuq it-tibdil fil-klima, li treġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità u li tiġġenera dħul ekonomiku aktar ġust għal dawk li jaħdmu fis-settur. Diversi servizzi ta’ konsulenza, kif ukoll strumenti finanzjarji u r-riċerka u l-innovazzjoni se jgħinu biex issir din it-tranżizzjoni.

Ara l-artiklu tal-EEA “Changing menus, change landscapes – Agriculture and food in Europe” (Nibdlu l-menus, nibdlu l-pajsaġġi — Agrikoltura u ikel fl-Ewropa) u r-rapport tal-EEA “Transforming Europe’ s food system – Assessing the EU policy mix” (Nittrasformaw is-sistema tal-ikel tal-Ewropa – Valutazzjoni tat-taħlita ta’ politiki tal-UE) għal aktar għarfien dwar dan is-suġġett.

Permalinks

Tags

Filed under:
Filed under: Agrikoltura
Dokument ta’ Azzjonijiet