All official European Union website addresses are in the europa.eu domain.
See all EU institutions and bodiesGħin lill-pjaneta tagħna, ipprintja din il-paġna biss jekk ikollok bżonnha. Anke azzjoni żgħira tista’ tagħmel differenza enormi meta jagħmluha miljuni ta’ persuni!
News
Minkejja s-suċċess sinifikanti ħafna tal-politiki Ewropej matul is-snin biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna u nħarsu l-ambjent, aħna nafu li jista’ jsir iktar madwar l-UE biex niżguraw li l-Ewropej kollha, irrispettivament mill-età, id-dħul jew l-edukazzjoni tagħhom, ikunu protetti sew mill-perikli ambjentali li qed niffaċċjaw
Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA
Ir-rapport tal-EEA “Unequal exposure and unequal impacts: social vulnerability to air pollution, noise and extreme temperatures in Europe (Esponiment inugwali u impatti inugwali: vulnerabbiltà soċjali għat-tniġġis tal-arja, għall-istorbju u għat-temperaturi estremi fl-Ewropa)” jiġbed l-attenzjoni għar-rabtiet mill-qrib bejn problemi soċjali u ambjentali madwar l-Ewropa. Id-distribuzzjoni ta’ dan it-theddid ambjentali u l-impatti li għandhom fuq is-saħħa tal-bniedem jirriflettu mill-qrib id-differenzi fil-livelli tad-dħul, il-qgħad u l-edukazzjoni madwar l-Ewropa.
Filwaqt li l-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan l-aħħar għexieren ta’ snin, wasslu għal titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet tal-għajxien, kemm ekonomikament kif ukoll f’termini ta’ kwalità ambjentali, għad hemm inugwaljanzi reġjonali. Ir-rapport jenfasizza li allinjament aħjar tal-politiki soċjali u ambjentali, u azzjoni lokali mtejba huma meħtieġa biex kwistjonijiet tal-ġustizzja ambjentali jiġu ndirizzati b’suċċess.
"Il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat b’mod konsistenti li, fuq kwistjonijiet ambjentali, aħna Ewropa li tipproteġi. Dak il-prinċipju huwa ttestjat aħjar billi jiġi eżaminat kif nipproteġu lill-persuni vulnerabbli, dgħajfa u li ma jistgħux jiddefendu ruħhom. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tkun imfaħħra għal dan ir-rapport li jeżamina kif il-foqra, l-anzjani u t-tfal żgħar huma dawk l-aktar f’riskju minn kwalità ħażina ta’ l-arja, storbju eċċessiv u temperaturi estremi. Dan jinfurmana dwar l-isforzi tagħna biex niżguraw li nkunu Ewropa li tipproteġi lil kulħadd ”, sostna Karmenu Vella, il-Kummissarju tal-UE għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
“Minkejja s-suċċess sinifikanti ħafna tal-politiki Ewropej matul is-snin biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna u nħarsu l-ambjent, aħna nafu li jista’ jsir iktar madwar l-UE biex niżguraw li l-Ewropej kollha, irrispettivament mill-età, id-dħul jew l-edukazzjoni tagħhom, ikunu protetti sew mill-perikli ambjentali li qed niffaċċjaw,” qal Hans Bruyninckx, Direttur Eżekuttiv tal-EEA.
Note: Exposure is expressed as population-weighted concentrations; mapped for NUTS 3 regions.
Source: Based on ETC/ACM (2018a).
Note: Number of cooling degree days per year is the 1990-2015 average. The long-term unemployment rate and the percentage of people 75 years old or older are classified using quantiles, i.e. five equal intervals. Mapped for NUTS 2 regions.
Source: EEA based on the E-OBS dataset (updated from Haylock et al., 2008) and Eurostat.
Tniġġis tal-arja u mill-istorbju
Temperaturi estremi
L-Unjoni Ewropea (UE) kollha kemm hi għamlet progress sinifikanti matul l-aħħar għexieren ta’ snin fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u l-Istati Membri implimentaw diversi politiki tal-UE biex itejbu l-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-politika reġjonali tal-UE wriet l-effettività tagħha biex tgħin tindirizza l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi. Numru ta’ awtoritajiet reġjonali u tal-bliet huma wkoll proattivi fit-tnaqqis tal-impatt tal-perikli ambjentali fuq il-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà:
Tniġġis u perikli ambjentali oħra joħolqu riskji għas-saħħa għal kulħadd, iżda għandhom impatti akbar fuq xi nies minħabba l-età jew l-istat tas-saħħa tagħhom. L-abilità tal-individwi li jevitaw, jew li jifilħu għal dawn il-perikli hija influwenzata wkoll mid-dħul, mill-istatus tal-impjieg jew mil-livell ta’ edukazzjoni tagħhom. Ir-rapport tal-EEA jivvaluta r-rabtiet bejn l-inugwaljanzi soċjali u demografiċi u l-esponiment għat-tniġġis tal-arja, l-istorbju u t-temperaturi estremi f’diversi skali fl-Ewropa.
For references, please go to https://www.eea.europa.eu/mt/highlights/hemm-bzonn-ta2019-aktar-azzjoni or scan the QR code.
PDF generated on 21 Nov 2024, 12:21 PM
Engineered by: Tim tal-Web tal-EEA
Software updated on 26 September 2023 08:13 from version 23.8.18
Software version: EEA Plone KGS 23.9.14
Dokument ta’ Azzjonijiet
Ikkondividi ma’ oħrajn