li jmiss
preċedenti
punti
Signals 2013 - Kull nifs li nieħdu

It-titjib tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa: L-edizzjoni ta’ din is-sena tipprova tispjega l-istat preżenti tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa, kif jiġu ffurmati s-sustanzi li jniġġsu l-arja, minn fejn jiġu, u kif jeffettwaw lil saħħitna u l-ambjent. Tagħti wkoll ħarsa ġenerali lejn il-mod li bih nibnu l-għarfien tagħna dwar l-arja, u kif nittrattaw it-tniġġis tal-arja permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ politiki u miżuri.

Aqra iktar

Signals 2012 – Nibnu l-futur li nixtiequ

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tippubblika Signals kull sena, u fih tagħti ħarsa lejn il-kwistjonijiet ta’ interess għad-dibattitu ambjentali u għall-pubbliku fis-sena li jmiss. Signals 2012 jgħaqqad flimkien il-kwistjonijiet ambjentali bħas-sostenibbiltà, l-ekonomija ekoloġika, l-ilma, l-iskart, l-ikel, il-governanza u l-qsim tal-għarfien. Huwa mħejji fil-kuntest tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli — Rio 2012. Signals ta’ din is-sena se jagħtik idea dwar kif il-konsumaturi, in-negozji u dawk li jfasslu l-politiki li huma kapaċi jħarsu ‘l quddiem, jistgħu jagħmlu d-differenza billi jgħaqqdu għodod teknoloġiċi ġodda — minn osservazzjonijiet satellitari sa pjattaformi online. Jissuġġerixxi wkoll soluzzjonijiet kreattivi u effettivi għall-preservazzjoni tal-ambjent.

Aqra iktar

SIGNALS 2011 - Il-globalizzazzjoni, l-ambjent u int

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tippubblika Signals kull sena u fih tipprovdi stejjer ritratt dwar kwistjonijiet ta’ interess għad-dibattitu dwar il-politika ambjentali u għall pubbliku aktar wiesa’ fis-sena li tkun ġejja.

Aqra iktar

SINJALI TAL EEA 2010 - Il-bijodiversità, it-Tibdil fil-Klima u Int (MT)

Signals jeħodna fuq vjaġġ li jsegwi l-mogħdija tal-ilma mill-glaċieri tal-Alpi sal-permafrost tal-Artiku u d-delta tal-Ganġes. Nivvjaġġaw għal postijiet familjari u oħrajn imbegħdin ħafna, u nikkunsidraw kif nistgħu nibnu mill-ġdid ir-relazzjonijiet tagħna mal-elementi kruċjali tal-ħajja ta’ kuljum: l-ilma, il-ħamrija, l-arja u l-annimali u l-pjanti li jsawru t-tiżwiq tal-ħajja fid-Dinja.

Aqra iktar

Permalinks

Tags

Dokument ta’ Azzjonijiet