li jmiss
preċedenti
punti

HelpCenter FAQ

X’inhi materja partikolata u x’inhuma l-effetti tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem?

HelpCenter FAQ

Il-materja partikolata tikkonsisti f’taħlita ta’ sustanzi solidi u qtar likwidu. Il-materja partikolata tista’ jew tiġi emessa direttament jew tifforma meta s-sustanzi niġġiesa minn diversi sorsi jirreaġixxu fl-atmosfera. Il-materja partikolata tista’ tkun ta’ daqsijiet differenti, u dik iżgħar minn 10 mikrometri tista’ tidħol fil-pulmun tagħna u tikkawża problemi serji tas-saħħa. 

  • Il-PM10 hija materja partikolata b’dijametru iżgħar minn 10 mikrometri.
  • Il-PM2.5 (jew partikoli fini) hija materja partikolata b’dijametru iżgħar minn 2.5 mikrometri.

Kemm l-UE kif ukoll l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jqisu l-massa totali ta’ PM10 u PM2.5 bħala l-indikatur għad-definizzjoni tal-istandards tagħhom.

Il-materja partikolata ġiet assoċjata ma’ mard u mwiet minn mard tal-qalb jew tal-pulmun. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ġabret biżżejjed evidenza xjentifika biex tiddikjara li l-aktar esponiment ta’ ħsara għall-materja partikolata huwa esponiment fit-tul għall-partikoli fini (PM2.5). Ara l-aktar rapport reċenti dwar il-kwalità tal-arja tagħna, it-taqsima tagħna dwar it-tniġġis tal-arja u l-Atlas Ewropew tal-ambjent u tas-saħħa għal aktar informazzjoni.

Permalinks

Tags

Filed under:
Filed under: Tniġġis tal-arja
Dokument ta’ Azzjonijiet